Jinqabad wieħed mill-ħallelin li pprova jisgassa ħanut f’Għawdex

Żewġ persuni li kienu qed jippruvaw jisgassaw bieb ta' ħanut fir-Rabat Għawdex ħarbu minn fuq il-post b'idhom f'idhom malli lemħu lis-sid tal-ħanut.
Sid dan l-istationery li jinsab fit-Triq Taħt Putirjal fir-Rabat Għawdex, kien jinsab ġewwa l-ħanut meta dan kien magħluq għan-nies.
Kienu għall-ħabta tat-3.30pm meta sema’ xi ħsejjes u lemaħ lil dawn iż-żewġ persuni.
Newsbook.com.mt huwa nfurmat li malli resaq lejhom, il-ħallelin ħarbu mal-ewwel minn fuq il-post u ma rnexxielhom jisirqu xejn.
Wieħed mill-ħallelin inqabad mill-Pulizija li laħqu ssejħu fuq il-post, filwaqt li r-raġel l-ieħor irnexxielu għadu s’issa ma nqabadx.