Jinqabad qabel titjira bi €18,000 mhux dikjarati

Dwana Malta

Raġel inqabad mill-uffiċjali tad-Dwana bi €18,000 fuqu ftit tal-ħin qabel it-titjira tiegħu lejn Istanbul. 

Fi stqarrija mid-Dipartiment tad-Dwana ġie spjegat kif l-Enforcement Unit kien qed jagħmel tfittxijiet fuq passiġġiera li kienu fiż-żona non-schengen, partikolarment minħabba flus. 

Tfittix fuq il-ġisem tar-raġel wassal għal sejba ta’ €18,000. Minn hemm il-bagalja tiegħu tneħħiet minn fuq l-ajruplan u fiha nstabu aktar flus f’muniti differenti. It-total tas-sejba tammonta għal €18,366. €10,000 ġew irritornati lill-passiġġier filwaqt li l-bqija tal-flus ġew ikkonfiskati. 

Ir-raġel ittieħed taħt arrest u mistenni jitressaq il-Qorti aktar tard illum.