Jinqabad mill-kamera jarmi barra

Facebook - Kunsill Lokali Ħal Luqa

Permezz ta’ ritratt fuq Facebook, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Luqa wera kif persuna nqabdet tarmi f’post pubbliku quddiem kamera.

Il-Kunsill qal li hija tal-mistħija li hawn min iħammeġ l-ambjent. Huma spjegaw li din il-persuna nqabdet tħammeġ wara l-bandli permezz ta’ kamera.

Żiedu li dan ir-ritratti flimkien ma’ oħrajn se jgħaddu għand l-Awtoritajiet biex jinvestigaw.