Jinqabad kukkudrill ġgantesk fl-Awstralja

L-awtoritajiet fl-Awstralja qabdu kukkudrill tal-ilma mielaħ ta’ tul ta’ kwazi 5 metri (16.4 pied), wieħed mil-akbar kukudrilli irrekordjati, biex iwaqqfuh milli jilħaq żoni popolati, qal id-Dipartiment tat-Turiżmu.

Il-kukkudrill jiżen madwar 600kg u għandu madwar 60 sena. Dan huwa l-akbar kukkudrill li qatt inqala’ mix-Xmara Katherine fl- Awstralja.

Huwa ġie meħud minnufih f’farm tal-kukkudrilli.

“Il-kukkudrill ġie mneħħi mix-Xmara Katherine biex nevitaw il-possibilta’ ta’ kuntatt uman fiż-żoni iktar popolati,” qal Tracey Duldig, id-direttur tad-Dipartiment tat-Turiżmu u l-Kultura.

Skond ir-rekords, l-akbar kukkudrill li qatt inqabad fl-Awstralja kejjel 6.4 metri. Huwa ġie maqbud u maqtul fl-1974, ukoll fit-Territorju tat-Tramuntana.