Jinqabad jivjaġġa lejn it-Turkija bi flus mhux iddikjarati

Miguela Xuereb

Passiġġier li kien qed jivjaġġa lejn Istanbul mill-Ajurport Internazzjonali ta’ Malta (MIA) nqabad iġorr iktar flus milli kellu ddikkjarat u minn kemm tippermetti l-liġi.

Waqt spezzjoni mill-Uffiċjali ta’ kontra l-ħasil tal-flus f’MIA, meta ġie mistoqsi kemm kien qed iġorr flus, il-passiġġier allega li kien qed iġorr €9,000. Madanakollu wara spezzjoni mill-Uffiċjali nstab li kellu fuqu €11,140 fi flus kontanti, €1,140 aktar minn kemm tippermetti l-liġi.

Il-passiġġier ingħata multa u ħallas id-differenza fl-ammont kemm tippermetti l-liġi li wieħed iġorr fi flus kontanti.