Jinqabad jittraffika d-droga; jinħeles mill-arrest

Ir-raġel li fit-30 ta’ Jannar inqabad fil-pussess u traffikar tad-droga ingħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet wara li llum ġie mressaq quddiem il-Qorti.
Ir-raġel ta’ 35 sena, residenti ż-Żebbuġ, kien inqabad fil-pussess tad-droga kokaina, pjanta tal-kannabis u raża meħuda mill-pjanta tal-kannabis fi żmien ta’ probation mogħtija mill-Qorti ta’ Għawdex u għaldaqstant irrenda ruħu reċediv wara sentenzi mogħtija mill-Qorti.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi u ingħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet, fosthom li jħallas depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €5,000.