Jinqabad jisraq minn sid l-appartament; jeħel sentenza sospiża

Ħalliel li pprova jisraq dar iżda nqabad mis-sid ingħata sentenza sospiża ta’ seba’ snin ħabs ilbieraħ wara li wieġeb ħati għall-akkużi.

Il-Maċedonjan ta’ 31 sena daħal f’appartament f’San Pawl il-Baħar it-Tnejn filgħodu iżda nqabad mis-sid stess. Huwa ġie arrestat u deher il-qorti lbieraħ quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella. Wieġeb ħati għall-attentat ta’ serq u talli għamel ħsara fil-propjetà ta’ persuna oħra.

Il-Qorti ġiet infurmata li l-akkużat kien lest li jħallas għad-dannu li wettaq, spiża ta’ madwar €200. Il-Prosekuzzjoni qalet ukoll li l-akkużat għen lill-pulizija.

Il-Maġistrat għalhekk ikkundannatu għal seba’ snin ħabs, sospiżi għal sena.