Mhux veru għamel il-bżonnijiet naturali fuq pulizija

Il-Pulizija ċaħdet id-diversi rapporti fil-midja li raġel mill-Mali għamel il-bżonnijiet naturali tiegħu fuq membri tal-Korp, waqt li kienu qed jarrestawh. 
Fi stqarrija, il-Pulizija insistiet li fl-ebda ħin il-persuna arrestata m'għamlet dan fuq il-Pulizija. 
Ir-raġel ġie arrestat dalgħodu f’Ħaż-Żebbuġ wara li pprova jisraq minn dar.
Fid-9:20am, sid id-dar mar fuq il-post, li jinsab fi Triq il-Ħlas, u immedjatament ċempel lill-Pulizija wara li nnota li l-bieb tad-dar kien miftuħ u kien hemm xi sinjali oħra li juru li xi ħadd kien daħal.
Il-Pulizija ta’ Ħaż-Żebbuġ marret fuq il-post flimkien mar-Rapid Intervention Unit u arrestat lir-raġel immedjatament.