Jinqabad jimporta pakkett marijuana moħbi bejn dokumenti

Raġel residenti San Pawl il-Baħar ġie arrestat wara li nqabad jimporta pakkett marijuana.
Stqarrija mid-Dipartiment tad-Dwana tgħid li l-każ seħħ lejn tmiem il-ġimgħa li għaddiet, meta pakkett imdaqqas wasal bl-ajru mill-Messiku.
Mad-Dwana kien iddikjarat li kellu fih karti u dokumenti. Madankollu nstab li bejn il-konsenja ta’ dokumenti kien hemm moħbi pakkett ieħor b’sustanza suspettata marijuana.
Il-pakkett għadda f’idejn il-Pulizija ta’ kontra d-Droga.