Jinqabad iż-żagħżugħ li seraq minn karozzi f’Raħal Ġdid

Żagħżugħ ġie mitkellem mill-Pulizija wara li nqabad fuq filmat jiftaħ u jisraq karrozzi minn Raħal Ġdid.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li ż-żagħżugħ Malti nstab wara appell li sar għall-għajnuna tal-pubbliku. Iż-żagħżugħ mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.

Filmat li kien qed jiċċirkola fuq il-mezzi soċjali juri liż-żagħżugħ jiftaħ karrozza iżda jagħlaq il-bieba immedjatament u jitlaq jiġri mill-post wara li ddoqq l-alarm tal-vettura.