Jinqabad iwaħħal għajnejn foloz biex il-ħut jidher frisk

Ħaġa mhux tas-soltu li però ġabet l-istmerrija ta’ ħafna hekk kif ħarġet l-aħbar li sid ta’ ħanut inqabad iwaħħal għajnejn foloz (googly eyes) fil-ħut li kellu biex jidher iktar frisk.

Sid il-ħanut tal-ħut fil-Kuwajt inqabad fil-fatt iwaħħal għajnejn tal-plastik fil-ħut li kien ilu għandu minħabba li naqas il-bejgħ. Jidher li r-raġel ipprefera jieħu ċans ieħor biex jipprova jbigħ il-ħut li kien ilu għandu minflok jarmih, hekk kif dan kien beda jeħżien.

Ir-ritratti, li kif wieħed jista’ jinnota huma xi ftit jew wisq umoristiċi, ġabu l-istmerrija ta’ ħafna nies inkluż tal-awtoritajiet wara li ġew ippublikati mill-midja internazzjonali. Skont rapporti l-ħanut ingħalaq għal kollox mill-Ministeru tal-Kummerċ tal-Kuwajt wara li l-każ kien irrappurtat fil-midja.