Jinqabad il-qattiel ta’ 39 persuna fil-Brażil

Il-pulizija Brażiljana arrestaw raġel li qed jingħad li hu s-serial killer ta’ Goiania, il-kapitali tal-istat ta’ Goias. 
Thiago Henrique Gomes da Rocha, ta' 26 sena, ammetta li qatel 39 persuna, ħafna minnhom nisa. 
F’daru, il-pulizija sabet pistola li wisq probabbli uża għall-omiċidji. 
L-ewwel 15-il vittma kienu kollha nisa mingħajr saqaf fuq rashom. 
Wara, il-qattiel beda joqtol l-irġiel. 
Skont il-kap tal-pulizija ċivili tal-belt, is-serial killer qatel ukoll sewwieqa tal-mutur.