Jinqabad il-moħħ wara l-qtil ta’ 3 persuni fir-Renju Unit

Khairi Saadallah, raġel ta’ 25 sena li jgħix fil-Belt ta’ Reading fir-Renju Unit ġie arrestat is-Sibt bħala s-suspettat ewlieni fil-qtil ta’ tliet persuni fil-park ta’ Reading. Il-Pulizija qalet li mhix qiegħda tfittex aktar suspettati għal dan l-attakk. Sorsi viċin il-BBC qalu li Saadallah huwa originarjament mil-Libja.

Wieħed mill-vittmi f’dan l-attakk huwa l-għalliem James Furlong, li ġie deskritt mill-kollegi tiegħu bħala persuna ta’ talent u ta’ ispirazzjoni. L-iskola ta’ Holt f’Wokingham sellmet il-memorja ta’ Furlong. F’ittra lill-ġenituri tiegħu l-iskola ddeskriviet lil Furlong bħala persuna ġentili u kellu għal qalbu dak li kien jagħmel. Żiedu li huwa kien determinat li jgħin lill-istudenti jitrawmu jkunu kritiċi fuq il-kwistjinijiet globali u għalhekk ikunu ċittadini attivi u jkollhom vuċi.

Il-Pulizija ssejħu fil-park ta’ Furlong wara rapporti li xi persuni ġew attakkati b’sikkina. Skont rapporti fil-midja, wieħed mill-pulizija niżżel lil Saadallah mal-art biex jarrestah. L-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Metropolitana rringrazzja lill-pulizija għax-xogħol li wettqu biex jinqabad is-supettat. Huwa żied li dan il-każ ma għandux x’jaqsam mal-protesti li kienu qed isiru ftit ħin qabel fil-viċinanzi marbutin mal-kampanja ‘Black lives matter’.