​Jinqabad ikabbar pjanti tal-kannabis fix-Xagħra

Raġel mix-Xagħra ġie arrestat b’rabta ma’ tkabbir ta’ numru ta’ pjanti tal-kannabis, qrib ir-residenza tiegħu.
Newsbook.com.mt hu infurmat li s-Sibt li għadda, ir-raġel inżamm minn uffiċjali tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u tal-RIU.
Infurmati wkoll li mal-arrest, kemm ir-raġel kif ukoll xi qraba tiegħu bdew jgħajtu u jinsulentaw lill-pulizija.
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt jidher ukoll li dwar il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali u l-pjanti tal-kannabis inġabru mis-Scene of the Crime Officers (SOCO) tal-Pulizija.