Jinqabad ibigħ id-droga sintetika fil-Marsa

Raġel ta’ 50 sena mill-Marsa nqabad ibigħ id-droga sintetika fil-Marsa wara diversi ġranet ta’ osservazzjoni mill-Iskwadra ta’ kontra d-Droga. Huwa inqabad fi Triq Nicolo Isouard.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li r-raġel ġie osservat ibigħ d-droga sintetika minn quddiem stabbiliment fl-istess triq. Huwa joqgħod il-Belt Valletta. Mal-arrest tiegħu, il-Pulizija sabu li fil-pussess tiegħu kellu diversi qratas bl-istess sustanza fihom lesti għall-bejgħ, flimkien ma’ ammont ta’ boroż żgħar tal-plastik vojta u ammont ta’ flus kontanti.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti għada akkużat b’pussess aggravat u traffikar tad-droga sintetika u li huwa reċediv b’diversi sentenzi.