Jinqabad ibigħ ħaxix ta’ barra fil-Pitkalija

Uffiċjali tal-Pitkalija qabdu raġel ibigħ prodotti impurtati fil-Pitkalija.
Dan tħabbar fi stqarrija maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja.
L-uffiċjali, fil-preżenza tal-awtoritajiet konċernati ssekwestraw dawn il-prodotti u bdew l-investigazzjonijiet neċessarji.
Is-Segretarjat Parlamentari sostna li huwa impenjat sabiex jittieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa kontra prattiċi abbużivi li jqarrqu bil-konsumatur u jservu ta’ detriment għall-prodott lokali tal-bdiewa Maltin u Għawdxin.