​Jinqabad ħiereġ minn dar b’baskett oġġetti misruqin

Raġel ta’ 42 sena nqabad mill-Pulizija hekk kif kien ħiereġ minn dar li kien għadu kif seraq, b’baskett mimli bl-oġġetti misruqin f’idejh.
Fil-Qorti nstema’ kif ir-raġel kien diġà wettaq numru ta’ serqiet qabel, anke minn knejjes. Allegatament, fl-aħħar serqa tiegħu daħal ġo dar wara li żgassa tieqa. Pulizija li waslu fuq il-post wara rapport ta’ serqa kienu qed jippjanaw kif se jkunu qed jagħmlu l-arrest hekk kif l-akkużat ħareġ minn ġod-dar bl-oġġetti misruqin f’idejh.
Fil-Qorti, ir-raġel wieġeb li kien ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.