Jinqabad fil-fatt jisraq minn ħanut f’Birkirkara

Libjan ġie arrestat mill-Pulizija kmieni dalgħodu wara li nqabad jisraq minn ħanut f’Birkirkara.
F’12:10am daħal rapport l-għassa ta’ Birkirkara li kien hemm persuna qed tisraq minn ħanut tal-ħwejjeġ fi Triq Fleur De Lys. 
Il-Pulizija tal-Għassa ta’ Birkirkara, flimkien ma’ unit mit-taqsima tal-RIU, marru fuq il-post fejn qabdu fil-fatt u arrestaw lir-raġel ta’ 34 sena, residenti ż-Żebbuġ.