Jinqabad fil-fatt fis-satra tal-lejl

Raġel ta’ 41 sena mill-Ħamrun ġie arrestat fit-3am wara li nstabulu affarijiet li bihom seta’ jisraq minn pompi tal-petrol.
Waqt li l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit kienu għaddejjin  fuq ronda minn Bir id-Deheb, limiti taż-Żejtun, lemħu r-raġel f’pompa tal-petrol u ġihom suspett li kien ir-raġel li serraq minn diversi pompi tal-petrol fosthom ta’ Ħal Għargħur, il-Gżira u ż-Żejtun.
Fuqu sabulu balaklava u turnaviti.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. 
Ritratt: arkivji