Jinqabad f’filmat jagħti n-nar lit-tyres f’għalqa f’Ħal Farruġ

Il-kumpanija Polidano Group qed tippubblika ritratti ta’ raġel li allegatament deher fil-filmat meħud mill-kameras tas-sigurtà, jidħol fil-propjetà tal-kumpanija, jagħti n-nar lil numru ta’ tyres u jaħrab.
Polidano Group qed titlob lil kulmin għandu xi informazzjoni biex jgħaddiha fl-Għassa tal-Pulizija f’Ħal Qormi jew fuq in-numru 2294 2992.
Id-Direttur Ġenerali ta’ Polidano Group, Gordon Polidano qal li se jingħata rigal lil min jidentifika lir-raġel u l-informazzjoni twassal biex jitressaq il-Qorti.
Ilbieraħ wara nofsinhar, il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kellhom imorru Ħal Farruġ biex jitfu nirien li ħakmu biċċa art li hija tal-kumpanija Polidano.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident iżda n-nar ħaraq bosta tyres kbar.