Jinqabad b’tifla taħt l-età u eluf ta’ ewro fil-karozza tiegħu

Raġel baqa’ jinżamm taħt arrest wara li s-Sibt nqabad b’tifla taħt l-età fil-karozza tiegħu. Instabu wkoll drogi u eluf ta’ ewro fi flus kontanti.

Ir-raġel ta’ 28 sena minn Bormla ġie akkużat fil-Qorti bit-traffikar tad-droga, bil-ħasil tal-flus, u li rreżista l-Pulizija bil-vjolenza fost akkużi oħra. Hu wieġeb mhux ħati.

Hu inqabad bid-drogi fil-karozza tiegħu s-Sibt. Fiha kien hemm ukoll it-tfajla tiegħu li għandha 15-il sena. Qed jiġi akkużat ukoll li kellu relazzjoni sesswali magħha.

Ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest fis-seduta.