Jinqabad b’numru ta’ sustanzi tad-droga

Żagħżugħ ta’ 28 sena residenti l-Ibraġġ ġie arrestat hekk kif inqabad bid-droga.
Waqt tfittxija li saret mill-iskwadra ta’ kontra d-droga, huwa nstab li kellu fuqu sustanza suspettata kokaina, amfetamina, pilloli suspettati ecstasy u xi sustanza oħra suspettata LSD.
Tfittxija oħra fir-residenza tiegħu sabet aktar sustanza suspettata LSD, kannabis, u żerriegħa suspettata qanneb.
Iż-żagħżugħ qed jinżamm mill-Pulizija sabiex jgħin fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejja.