​Jinqabad b’nofs kilo droga

Raġel ta’ 35 sena minn Birżebbuġa ġie arrestat wara li nqabad b’25 kapsula li kien fihom trab abjad allegatament kokaina u erba’ boroż oħra bil-kokaina.
Ir-raġel kellu wkoll bag sealer, li tissiġilla boroż tal-plastik. In-nofs kilo droga kien lest biex jiġi traffikata.
Huwa mistenni jitressaq il-Qorti għada filgħodu.