Jinqabad bil-kannabis f’Marsalforn

Żagħżugħ ta’ 29 sena qed jiġi interrogat b’rabta ma’ pussess tad-droga kannabis.
Iż-żagħżugħ, ta' nazzjonalità barranija nqabad mill-Pulizija għal ħabta tat-3.30 ta’ dalgħodu fi Triq Għar Qawqla, f’Marsalforn.
Kien indikat li d-droga ma kinitx għall-użu personali tiegħu.