Jinqabad bid-droga f’San Ġiljan

Raġel ta’ nazzjonalità barranija nqabad bid-droga fi ġnien pubbliku f’San Ġiljan.
Dan seħħ fi Triq San Ġorġ għall-ħabta tas-2am waqt li l-Pulizija kienu qed jagħmlu r-ronda tagħhom fiż-żona, fejn wara tfittxija li għamlu fuq ir-raġel, sabu li kellu fuqu d-droga kannabis.
Ir-raġel ittieħed mill-Pulizija għall-interrogazzjoni.