Jinqabad b’arma tan-nar mis-CCTV; jghid li mhux ħati

Raġel ta’ 33 sena nqabad fuq kamera tas-sigurtà joħroġ arma tan-nar mil-vettura tiegħu u biha hedded raġel ieħor. Ir-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi kontrih. L-akkużat diġà qatta xhur il-ħabs arrestat wara li wettaq serqa armat b’arma tan-nar.

Huwa ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, hekk kif dalgħodu tressaq il-Qorti akkużat li kien qed iġorr arma bla liċenzja, li hedded raġel ieħor u li anke wettaq reat fi żmien ta’ probation f’każ separat.

Il-każ seħħ fl-aħħar jiem meta ż-żewġt irġiel kellhom argument.

Il-Prosekuzzjoni oġġezzjonat għat-talba għall-ħelsien mill-arrest.