Jinqabad b’oġġett biex ifarrak il-kannabis

Żagħżugħ ta’ 22 sena qala’ multa ta’ €500 wara li nqabad bi traċċi tal-kannabis huwa u dieħel mill-Iżvizzera.
Il-Franċiż inżamm mill-uffiċjali tad-Dwana lbieraħ, meta daħal fl-ajruport ta’ Malta minn tijira minn Ġinevra, għax fil-basket instablu oġġett li bih tista’ tfarrak il-kannabis, u fih kellu traċċi tagħha.
William Nicolas Guillaume Burlot tressaq il-Qorti llum akkużat b’importazzjoni u pussess tal-ħaxixa, u l-avukat taż-żagħżugħ tah parir jgħid li hui ħati.
Minbarra l-multa, l-oġġett imsemmi nqered.