Jinnominawh għall-Premju taċ-Ċittadin Ewropew

L-Ewroparlamentari Laburisti, Marlene Mizzi u Miriam Dalli, innominaw lil Bjorn Formosa għall-Premju taċ-Ċittadin Ewropew.
Formosa, li għandu l-kundizzjoni tal-ALS, huwa koll il-Fundatur ta’ Dar Bjorn, li tieħu ħsieb persuni li jbatu mill-ALS.
Mizzi u Dalli qalu fi starrija konġunta li nnominawh minħabba l-altruwiżmu, il-kuraġġ u d-determinazzjoni tiegħu biex iħalli legat li joffri appoġġ lil persuni oħrajn.
“Bjorn qed jibdel l-uġigħ u t-tbatija tiegħu f’opportunità biex jgħin lill-oħrajn. U għalhekk għandu jiġi rrikonoxxut u onorat,” qalu l-Membri tal-PE, filwaqt li ddeskrivewh bħala eroj.
Bjorn qed jisponsorja wkoll programm ta’ riċerka għad-dottorat biex tiżdied il-kompetenza u r-riċerka f'dan il-qasam. Il-fondazzjoni tiegħu għandha l-għan li tqajjem kuxjenza, ittejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-pazjenti u tippromwovi r-riċerka.
Ta’ kull sena, il-Parlament Ewropew jagħti l-Premju taċ-Ċittadin Ewropew liċ-ċittadini, gruppi, assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonijiet minħabba kisbiet jew impenji eċċezzjonali għall-ġid tas-soċjetà f'oqsma differenti.
Ir-rebbieħa se jitħabbru u jingħataw il-premju fiċ-ċerimonja tal-Premju taċ-Ċittadini Ewropej f'Ottubru.