Jinkixfu s-sigrieti waqt li jilagħbu

Ritratt: The FotoGrafer

L-edizzjoni tal-lum tal-programm Ħadd Għalik hi waħda mimlija divertiment u bħas-soltu se titmexxa minn Angie Laus. Waqt li din l-edizzjoni mhux se jonqos il-logħob iżda se jinkixfu wkoll xi ftit sigrieti wkoll waqt li jkunu qed jilagħbu l-irġiel b’xagħrhom twil kontra n-nisa b’xagħrhom qasir.

Ritratt: The FotoGrafer

Il-parteċipanti rġiel b’xagħrhom twil huma:

Luke Camilleri li tħajjar itawwal xagħru minn meta beda jisma’ l-mużika rock

Jonathan Camilleri – ħafna nies isaqsuh dejjem l-istess mistoqsijiet minħabba li għandu xagħru dreadlocks. Inkunu nafu x’inhuma waqt il programm.

Johnathan Cilia huwa l-editur tal-Lovin’ Malta li prova kull tip ta’ ikel Malti, però dejjem ħallas hu!

Mark Lawrence Zammit ta’ Xarabank. Iżda llum waqt Ħadd Għalik se jikxfulu sigriet kbir li ħafna nies ilhom jistaqsuh dwarha. Se jkun qed jiċħad jew jammetti?

Ritratt: The FotoGrafer

In-nisa li se jilagħbu llum gġax għandhom xagħrhom qasir huma:

Doris Xuereb, li qatt ma kellha xagħrha twil.

Doreen Cini li tagħmel x’tagħmel jibqgħu jsemmulha l-parti li kienet taħdem fis-sensiela Simpatiċi. Illum waqt Ħadd Għalik se tkunu taf x’jiġrilha meta tidħak ħafna!

Charlene Shead għamlet xi ħaġa mhux tas-soltu meta kienet ipproponiet lir-raġel tagħha minn fuq messaġġ.

Nicola Marie Cutajar hi kantanta tal-mużika klassika. Iżda kontu tafu li normalment ma ssibx kantanti ta’ dan l-istil li jkollhom xagħrhom qasir?

Ritratt: The FotoGrafer

Min taħsbu li se jirbaħ l-isfida tal-lum?