Jinkixfu aktar borom f’Il-Klikka

Fl-episodju tal-lum mis-sensiela Il-Klikka se naraw li l-vizzju ta’ Michelle qed jiggrava. Fl-aħħar episodju nessiet lil Alex. X’se jiġri? Fejn hu Alex? X’se tgħid Veronica la ssir taf? U sħabha l-oħra x’se tkun ir-reazzjoni tagħhom? Chris jidher li għogbitu Sarah imma Sarah ma tantx qed itih wiċċ. Tgħid jaqta’ qalbu? Jew persistenti? U tgħid Sarah ser tinfetaħ ftit għal relazzjonijiet ġodda mal-ġuvintur?

U xi ngħidu dwar ir-relazzjoni ta’ Veronica u Thomas? Tgħid se jispiċċaw għal kollox?

Se nkunu qed naraw il-Klikka mistiedna għal farewell party ta’ Stephanie Camenzuli, u hemm, il-borom ser jinkixfu.

Il-Klikka jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-2.15pm fuq l-istazzjon One.