Jinkisru iżjed rekords nazzjonali fl-Atletika

Iktar kmieni matul dan ix-xahar, komplew jinkisru iżjed rekords nazzjonali fl-Atletika.
F'kompetizzjoni f'Portsmouth, fl-Ingilterra, l-atleta Malti Lawrence Ransley, irnexxielu jikser ir-rekord nazzjonali fix-shot put b'tefa' ta' 14.89 metri.
Intant fil-Marsa Sports Club, fil-kategorija femminili ta' 'l fuq minn 16-il sena, inkiser ir-rekord nazzjonali fil-hammer throw, meta Antonella Chouhal irnexxielha tilħaq tefa' ta' 44.75 metri.
Chouhal irnexxielha tikser dan ir-rekord b'iktar minn żewġ metri.