Jinħoloq netwerk soċjali għat-tixrid tal-messaġġ reliġjuż

Fil-Brażil, żvilupp tal-midja soċjali wassal għall-ħolqien ta’ FaceGloria – netwerk soċjali fuq stil ta’ Facebook imma ddedikat għar-reliġjon.
Fi ftit ġranet, kiseb diġà iktar minn 50,000 membru.
Minflok il-klassika “Like”, wieħed jista’ jikklikkja “Ammen”.
Hemm għadd ta’ affarijiet ipprojbiti, fosthom kliem baxx jew ħażin, vjolenza jew referenza għall-vizzji.
Imma fuq kollox, FaceGloria għandu l-għan li jkun mezz biex permezz tiegħu tixxerred l-imħabba u l-għarfien Nisranija.