Jinħelsu żewġ tfajliet Taljani maħtufa fis-Sirja

Iż-żewġ tfajliet Taljani, Greta Ramelli ta’ 20 sena u Vanessa Marzullo ta’ 21, li kienu ilhom maħtufa s-Sirja għall-aħħar sitt xhur, inħelsu u waslu fl-ajruport ta’ Ciampino qrib Ruma kmieni dalgħodu.
Huma kienu qed iwettqu għajnuna umanitarja f’Aleppo meta f’Lulju spiċċaw f’idejn fergħa tal-Al Qaeda.
Skont il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Taljan, iż-żewġ tfajliet inħelsu wara “xogħol intensiv” minn grupp ta’ nies.
Ċaħad madankollu li kellhom jitħallsu €12-il miljun biex iż-żewġ tfajliet ingħataw il-libertà.