Jinħelsu wara iktar minn sena ostaġġi

9 persuni mil-Libanu li nħatfu f’Mejju tas-sena li għaddiet minn ribelli Sirjani waslu lura f’Bejrut, ġurnata wara li nħelsu.

Mal-wasla tagħhom lura f’Bejrut, ġew milqugħa b’xeni mill-isbaħ minn membri tal-familja tagħhom kif ukoll minn politiċi Libaniżi.

Bħala parti min-negozjati ta’ tpartit, ma’ dawn id-disgħa, inħelsu żewġ piloti Torok li kienu qed jinżammu ostaġġi fil-Libanu.

Dawn intlaqgħu mill-membri tal-familji tagħhom u mill-Prim Ministru Tork Erdogan.

It-tielet parti tan-negozjati tal-ostaġġi involviet ħelsien ta’ numru ta’ priġunieri nisa li nżammu mill-gvern Sirjan.

Għadu mhux magħruf jekk din il-parti seħħitx jew le.

Ħalli l-kummenti tiegħek hawn taħt b’ismek u kunjomok.