Jinħelsu mis-Sirja wara ħames xhur maħtufa

Inħelsu mis-Sirja, l-ġurnalist Taljan Domenico Quirico u l-għalliem Franċiż Pierre Piccinin da Prata, wara li kienu ilhom maħtufa għal dawn l-aħħar ħames xhur.

Quirico, li għandu 62 sena huwa ġurnalist mal-ġazzetta La Stampa f’Turin. 

Huwa daħal is-Sirja fis-6 ta’ April li għadda mil-Libanu bit-tama li jara mill-qrib is-sitwazzjoni f’dan il-pajjiż fil-Lvant Nofsani.

Jirriżulta li t-Taljan u l-Franċiż kienu flimkien meta nħatfu. Mhux magħruf iżda jekk kienx ir-reġim Sirjan responsabbli mill-ħtif taż-żewġt irġiel.

F’Lulju, l-ġurnalist Taljan kien irnexxilu jagħmel kuntatt ma’ martu bit-telefon fejn kien stqarr li jinsab fi stat ta’ saħħa tajba. 

Hekk kif inħelsu waslu fl-ajruport ta’ Ruma fejn hemm iltaqgħu mal-Ministru Taljan għall-Affarijiet Barranin, Emma Bonino.