Jinħelsu mill-akkużi tal-mewt tal-Gunner Matthew Psaila

Żewġ suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta nħelsu mill-akkużi li b’mod involuntarju qatlu lill-Gunner Matthew Psaila.

Il-Logutenent Christian Vella li għandu 30 sena u Lance Bombardier Marvic Peregin ta’ 34 sena ilhom għal dawnl-aħħar erba’ snin jiġu akkużati li fit-13 ta’ Frar 2009, waqt eżerċizzju tal-Forzi Armati ta’ Malta fiċ-Chadwick Lakes, ikkaġunaw il-mewt ta’ Matthew Psaila li dak iż-żmien kellu 19-il sena.

Fil-qorti, il-Maġistrat Audrey Demicoli qalet li ma kien hemm ebda evidenza li Vella u Peregin m’għamlux dmirhom kif suppost.

Kienu ġew akkużati li dakinhar ma qagħdux b’seba’ għajnejn biex jevitaw kull inċident u minkejja li t-tempkien ħażin u kiesaħ, baqgħu għaddejjin xorta bit-taħriġ.

Il-familja ta’ Matthew Psaila mistennija tappella mis-sentenza tal-Maġistrat.