Jinħelsu mill-akkuża li stupraw tifla ta’ 17-il sena

Tliet irġiel ta’ 40, 43 u 46 sena nħelsu mill-akkuża li stupraw tifla li kellha 17-il sena.
Dan wara li l-Qorti ddeċidiet li għalkemm l-att sesswali sar dan kien konsenswali.
Ir-raġel ta’ 40 sena iżda ingħata s-sentenza ta’ tliet xhur priġunerija sospiżi għal sena wara li ġie stabbilit li wettaq l-att sesswali fil-pubbliku.
L-akkuzati kienu oriġinarjament mixlija fost l-oħrajn li wettqu l-atti sesswali f’postijiet pubbliċi, b’atti vjolenti u indeċenti filwaqt li wieħed minnhom kien mixli wkoll li kien qed jaqla l-flus mill-prostituzzjoni tat-tifla.
Il-każijiet seħħew fl-2007.
Fil-Qorti ntqal li t-tifla kienet taħrab mid-dar u tgħid li kienet ġiet abbużata sesswalment.