Jinħelsu mill-akkuża li b’negliġenza kkaġunaw il-mewt ta’ ħaddiem f’barriera

Erba’ diretturi ta’ kumpanija inħelsu mill-akkuża li b’negliġenza u mingħajr ma osservaw ir-regolamenti tas-sigurtà kkaġunaw il-mewt ta’ Jesmond Vella f’inċident f’barriera.
Vella miet fl-4 ta’ Jannar tal-2008 meta nqaleb bit-trakk f’barriera f’Wied il-Għajn u tkaxkar mal-blat.
Fil-Qorti ntqal li l-vittma ma kienx segwa l-proċedura tas-soltu fil-barriera u minflok irriversja t-trakk sax-xifer sakemm inqaleb.
Il-Qorti kkonkludiet li dan l-inċident fatali ma kienx riżultat ta’ negliġenza tad-diretturi.