Jinħelsu 8 mill-10 ‘ħatja’ tal-attakk fuq Malala

Fil-Pakistan, ftit ġimgħat ilu ħarġet l-aħbar li kienu ngħataw sentenza ta’ għomor il-ħabs l-għaxart irġiel ħatja tal-attakk fuq it-tfajla Malala Yousafzai, ir-rebbieħa tal-Premju Nobel simbolu tal-ġlieda tat-tfajliet għall-edukazzjoni fil-pajjiż.
Issa ħareġ li 8 mill-10 irġiel inħelsu baxx baxx, hekk kif 2 biss, mill-10, fil-fatt instabu ħatja.
Il-każ qed iqajjem suspetti kbar madwar id-dinja hekk kif il-Qorti tat il-verdett tagħha wara bibien magħluqa, b’ħafna jistaqsu kemm il-proċedura kollha kienet valida.