Jinħelsu 26 priġunier Palestinjan

L-Iżrael ħeles 26 priġunier Palestinjan bħala parti mill-ftehim li se jwitti t-triq għal taħdidiet ta’ paċi bejn l-Iżrael u l-Palestina.

Il-President Palestinjan, Mahmoud Abbas, laqa’ 11 mill-priġunieri li ntbgħata fil-West Bank filwaqt li għadd kbir ta’ persuni laqgħu l-15 l-oħra li waslu f’Gaza.

Illum stess, f’Ġerusalem mistennija jibdew it-taħdidiet bejn dawn iż-żewġ pajjiżi.