Jinħeles żagħżugħ li seraq mutur minn Ta’ Kerċem

Żagħżugħ ta’ 19-il sena ġie liberat wara li l-Qorti sabitu ħati li seraq mutur minn Kerċem f’Ġunju li għadda.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ilha tinvestiga l-każ mill-20 ta’ Ġunju meta daħlilha rapport li nsteraq mutur tal-għamla Hondq minn Triq Qasam San Ġorġ f’Kerċem.

Iż-żagħżugħ li huwa residenti Santa Venera ġie arrestat ilbieraħ u deher quddiem il-Maġistrat Simone Grech akkużat b’din is-serqa. Huwa ġie liberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tliet snin.

L-investigazzjonijiet saru mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tar-Reati Maġġuri, flimkien mal-Pulizija tad-Distrett t’Għawdex bil-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Mario Xiberras u Bernard Charles Spiteri.