Jinħeles wara li saq fuq raġel ieħor waqt argument

Argument bejn żewġ ġirien wassal biex ilbieraħ wieħed minnhom tajjar lill-ieħor b’vann.
Fil-qorti, raġel ta’ 47 sena kien akkużat b’sewqan traskurat u attentat ta’ qtil fuq il-ġar tiegħu.
Jirriżulta li ż-żewġ ġirien mill-Imġarr kellhom argument li kien ilu għaddej dwar ħajt.
Fil-qorti ntqal li lbieraħ l-akkużat beda jwaqqa’ parti mill-ħajt, bit-tifel ta’ dak li ttajjar mill-vann mar jiġri biex jagħmel rapport għand il-Pulizija.
Ir-raġel ta’ 47 sena nħeles fuq depożitu ta’ €3,000 u garanzija personali ta’ €5,000.