Jinħeles wara li kien mixli bi vjolenza fuq l-eks sieħba

Raġel ingħata l-ħelsien mill-arrest nhar it-Tnejn wara li ċaħad l-akkużi tal-eks sieħba tiegħu. Hu kien akkużat li refa’ idu fuqha u kawża ta’ dan ġarbet xi ġrieħi ħfief.

Ir-raġel li hu mill-Ħamrun kien akkużat ukol li kiser il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja.

L-avukat difensu spjega kif ir-rapport tal-mara ma kien xejn ħlief att ta’ attakk kontra l-eks sieħeb tagħha. Hu nnota li kien hemm numru ta’ ordnijiet ta’ protezzjoni kienu nħarġu favur ir-raġel.

Il-maġistrat semgħat kif nhar il-5 ta’ Jannar, l-eks sieħba tiegħu fetħet rapport fejn allegat li jumejn qabel kien inqala’ argument bejniethom meta l-akkużat daħal fid-dar tagħhom. Il-mara rrappurtat li kienet sofriet minn xi ġrieħi ħfief.

Il-prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx għat-talba ta’ ħelsien mill-arrest. Il-Qorti laqgħet it-talba fuq depożitu ta’ €500, u garanzija personali ta’ €2000. Hu ġie ordnat ukol jiffirma darba fil-ġimgħa fl-għassa tal-pulizija.