Jinħeles wara li kien arrestat fis-sakra fir-Rabat, Għawdex

Pjazza San Frangisk

Raġel ta’ 31 sena mill-Fontana ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li lbieraħ għamel ħerba fir-Rabat, Għawdex meta kien fis-sakra. Fi stqarrija, il-Pulizija qalu li huwa “attakka, hedded u rreżista l-arrest tal-Pulzija” wara li lbieraħ intlemaħ fi stat ta’ sakra għall-ħabta tas-6.30pm.

Jidher li r-raġel telaq fis-sakra minn Pjazza San Franġisk fejn hemm diversi ħwienet tax-xorb bl-inċident iseħħ tul Triq Enrico Mizzi.

Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.