Jinħeles minn akkużi serji wara disa’ snin li seħħ il-każ

Il-Qorti ma sabitx ħati Niġerjan ta’ 39 sena li kien akkużat b’kompliċità sabiex jiddaħħlu f’Malta kważi sitt kilogrammi ta’ droga kokaina.
B’seba’ voti kontra tnejn, Chukwudi Samuel Onyeabor, Niġerjan b’ċittadinanza Olandiża, inħeles mill-akkużi , wara li disa’ snin ilu kien ġie arrestat b’rabta ma’ sejba ta’ droga.
Il-Pulizija waslet s’għand Onyeabor wara li żewġ persuni nqabdu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta b’kokaina li kienet 53% pura, b’valur ta’ bejn €400,000 u kważi €600,000. Huma kienu ġejjin b’titjira minn Tripli.
Flimkien ma’ Onyeabor, il-persuna interrogat ukoll lil Ferdinand Onovo, li x-xahar l-ieħor instab ħati u ntbagħat 10 snin ħabs u mmultat €25,000.
F’dax-xahar mis-sentenza ta’ Onovo, Onyeabor ipprotesta fit-toroq għal mod inġust kif ġie ttrattat mill-ġustizzja ta’ Malta.
Għall-akkużi miġjuba kontrih, Onyeabor kien qal li kien Malta biex jinnegozja bejgħ ta’ xi proprjetà, u mhux biex tinġieb id-droga.
Il-verdett inqata’ għall-ħabta tal-kwarta ta’ dalgħodu.
Ritratt: Arkivji – Ian Noel Pace