​Jinħeles minn akkużi li mexxa burdell għax waqa’ l-każ

Raġel ta’ 49 sena nħeles mill-akkużi li mexxa burdell minħabba li l-Qorti qalet li l-każ kien preskritt.
L-akkużat, Stephen Ciancio, kien tressaq għall-ewwel darba kważi ħdax-il sena ilu, iżda huwa qatt ma ssejjaħ quddiem il-Qorti f’dawn l-aħħar ħames snin.
Għaldaqstant il-Qorti sostniet li billi kienu għaddew ħames snin fuq dan il-każ, allura jfisser li l-każ ġie preskritt. Dan wassal biex ir-raġel ġie liberat.