Jinħeles mill-ħabs; 5 ijiem wara akkużat li seraq flus il-Belt

Raġel ta’ 29 mis-Somalja baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li seraq flus minn stabbiliment tal-ikel fil-Belt Valletta. Dan wara li kien ilu ħamest ijiem meħlus mill-ħabs fuq każ ieħor.

Illum fil-Qorti l-akkużat kellu jidħol u joħroġ fl-awla għal diversi drabi peress li kien qed ibiddel fehmtu dwar jekk iridx iwieġeb ħati jew mhux ħati. Fl-aħħar iddeċieda li jwieġeb mhux ħati quddiem il-Maġistrat Nadine Lia.

Il-prosekuzzjoni qalet li l-akkużat kien inħeles mill-ħabs ħamest ijiem ilu. Qalet li huwa ċar li wieħed ma jistax jafda lir-raġel li ma kellux indirizz fiss.  

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Jeffrey Scicluna. L-avukata tal-għajnuna legali kienet Raisa Colombo.