Jinħeles mill-arrest wara li seraq anzjana

Żagħżugħ ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li nqabad jisraq anzjana ta’ 73 sena.

Il-Qorti semgħet kif iż-żagħżugħ ta’ 29 sena minn Bormla seraq il-kartiera tal-anzjana, li kien fiha €250, fid-29 ta’ Awwissu għall-ħabta tal-10am f’Ħal Tarxien.

Fil-Qorti ż-żagħżugħ wieġeb li hu ħati, madanakollu l-Qorti ħelsietu mill-arrest hekk kif ordnat li jsir presentencing report qabel tingħatalu s-sentenza hekk kif iż-żagħżugħ għandu problemi soċjali.

Il-Qorti ordnat li isem iż-żagħżugħ ma jkunx imxandar. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Fabian Fleri, Lydon Zammit u Stephen Gulia.