Jinħeles mill-arrest iż-żagħżugħ li pprova jsuq għal fuq il-pulizija fil-Ħamrun

CMRU

Iż-żagħżugħ li pprova jsuq għal fuq il-pulizija fil-Ħamrun f’Sibt il-Għid inħeles mill-arrest.

It-Tarxiniż ta’ 24 sena kien ġie arrestat fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun wara li waqqfu pulizija tat-traffiku peress li t-twieqi tal-karozza tiegħu kienu skuri wisq, li hu kontra l-liġi. Huwa kien irrifjuta li jitfi l-karozza, il-pulizija pprova jitfihielu hu stess, u dan ipprova jsuq għal fuq il-pulizija, u spiċċa qaleb il-mutur ta’ wieħed mill-uffiċjali.

Ma jingħatax il-ħelsien mill-arrest iż-żagħżugħ li saq fuq mutur tal-Pulizija fil-Ħamrun

Huwa kien wieġeb mhux ħati għall-akkużi, li kienu li hedded lil 2 uffiċjali, li għamel il-ħsara lil mutur tal-pulizija apposta, li saq b’mod traskurat, li rrifjuta li jobdi l-ordnijiet tagħhom, li kiser il-paċi u numru ta’ akkużi marbutin mas-sewqan.

Aġġornata (2): “Kuġinuwi tajjar 1, mhux se niddejjaq intajjar 2”

Fis-seduti preċedenti, instema’ li ż-żagħżugħ qal “Kuġinuwi tajjar wieħed, jien mhux se niddejjaq intajjar tnejn.” Instema’ wkoll li ż-żagħżugħ kien ipprova jweġġa’ lilu nnifsu fiċ-ċella.

Ġuvni jsuq għal fuq mutur tal-pulizija fil-Ħamrun; jarrestawh

Il-Qorti llum semgħet kif l-akkużat kien qed iġorr tifla marida lejn il-poliklinika tal-Furjana. Wieħed mill-uffiċjali stqarr li kien ra mara bilqiegħda fil-karozza ħdejn ix-xufier, b’tifla ċkejkna fuqha.

Is-sewwieq kien waqqafhom fiż-żona tal-Mile End qabel ma reġa’ dar minn fejn ġie, hu u jinjora l-ordnijiet tal-pulizija biex jieqaf.

Mara Ċiniża li taħdem f’ħanut fl-akkwati xehdet illum u qalet li għarfet lill-akkużat. Xehdu wkoll diversi uffiċjali tal-pulizija, fosthom surġent li qal lill-Qorti li l-akkużat kien tahom il-karta tal-identità tiegħu imma mhux iċ-ċavetta tal-karozza.

Fi tmiem is-seduta, il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest, b’depożitu ta’ €4,000 u garanzija personali ta’ €20,000. Huwa jrid jiffirma l-għassa 3 darbiet fil-ġimgħa u għandu ċerti ħinijiet xħin joħroġ li jrid iżomm magħhom. Uffiċjal tal-probation ġie assenjat il-każ taż-żagħżugħ. Inħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur l-uffiċjali tal-pulizija involuti.

Il-każ għandu jkompli jinstema’ f’Ġunju.