Jinħeles mill-arrest ir-raġel li spara f’Ħal Safi

CMRU

Read in English.

Il-Qorti tat il-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet lir-raġel li lbieraħ spara fiċ-Ċentru tad-Detenzjoni f’Ħal Safi. Ir-raġel kien akkużat ukoll li li weġġa’ lil resident f’dan iċ-ċentru u kkaġunalu ġrieħi ħfief.

Il-Pulizija fi stqarrija qalu li r-resident prova jaħrab fiċ-ċentru fil-mument li l-akkużat sparalu. L-inċident seħħ ilbieraħ bejn is-1.30am u s-2.30am.

Ir-raġel ta’ 30 sena residenti San Pawl il-Baħar tressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-4pm fejn wieġeb mhux ħati tal-akkużi.

Il-Prosekuzzjoni, mmexxija mill-Ispettur Janetta Grixti, akkużatu wkoll li bħala persuna li għandu liċenzja biex iżomm arma tan-nar naqas li jżommha fil-kustodja tiegħu b’mod li ma tkunx tista’ tiġi f’idejn ħaddieħor u li ġarr arma tan-nar mingħajr liċenzja tal-Kummissarju tal-Pulizija.

Ir-raġel ġie akkużat ukoll li aġixxa ta’ gwardjan privat mingħajr liċenzja.

Taqbel li kellu jinħeles mill-arrest?

Ikkummenta hawn taħt jew ibagħtilna fuq info@newsbook.com.mt